All posts in in-nazzjon

Pajjizna moghni b’hafna arti u kultura imprezzabbli

Posted by / August 12, 2011 / Categories: in-nazzjon / -

Olivia Dow

Din is-sena, Olivia Dow, ipprezentat f’Sir Temi Zammit Hall tal-Universita, l-iskola taghha fi programm ta’ zfin madwar il-Kcina u Cinderella. Bhala storja ftit kien hemm, izda kellna successjoni ta’ xeni u danzi tal-ikel u annimali sakemm il-princep jintebah bil hlewwa tal-principessa u jinghaqad maggha ghal dejjem.
Bhas-soltu u forsi aktar, bdejna b’xena verament stupenda, li tat indikazzjoni ta’ dak li kellu jigi wara: kuluri veru sbieh, koreografija brillanti, hajja u anke umoruza – u f’waqtiet anke xi azzardar ta’ xi jete, frappe jew fouettes. Iz-zeffiena mhux biss kienu mlibbsin veru sabih izda dehru qed jiehdu pjacir filwaqt li jaghtu pjacir. It-tfal iz-zghar, ma naqsux fil-kulur u movement taghhom fuq il-palk. Kellna successjoni ta’ etajiet differenti, miz-zghar nett sal-kbar. F’serata li hadd ma xtaq li tispicca.

Norbert Ellul Vincenti